Nov

3

Obbligat xi haga?

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (2 votes, average: 5 out of 5)
Loading ... Loading ...

By media

LOL! BUNDY LOL! imma dan Bundy b’min irid jitnejjek?
Nispera li ma kellkomx l-isfortuna bhali li taraw lil Bundy jilghaba tal-puritan fuq ONE TV waqt TX ta’ Miriam Dalli.  Jekk lura fi zmienu kien jitnejjek bl-imhuh tal-erba’ bciecen Nazzjonalisti li kienu jkunu qed jisimuh, jghajjar b’diversi aggettivi lil oppozizzjoni Laburista, ma jippruvax issa jkompli jistma’ lil kullhadd bl-istess mod.  Jekk John Bundy kif qal hu stess ‘Immattura matul dawn is-snin li ilu fuq ix-xandir’, tant iehor it-telespettatur.  Hadd m’ghadu pastizz, jibla kull ma jigi mitmugh.

Bundy laghab il-loghba tal-vergni, li qabel kien f’cirku maghluq tal-PN u kien jara lil laburisti mod, u issa immatura! X’immatura?! qed jaghmel l-istess haga li kien jaghmel 25 sena ilu! Rega’ dahal f’cirku iehor tal-Partit Laburista din id-darba! u ma tantx dam biex jibda jilghaq lil boss il-gdid tieghu…L-intervista tieghu kellha biss skop wiehed li jghid kemm hu tifel sew Joseph, u li kien bla xoghol u hadd m’offrilu xoghol!  Tajjeb ikun jaf is-sur Bundy li min m’ghandux xoghol johrog ifittex u mhux jistenna l-bajtra taqa f’halqu jew jistenna xi telefonata biex jigi impjegat ! haha mhux hekk bqajna….Xi hadd icempel lil Bundy please ha nsibulu xoghol…imur ifittex!…nimmagina li mimli kwalifiki s-sur Bundy.

Bundy b’diskorsu prova jghidilna li ma jxejjer l-ebda bandiera politika imma tant dam jemfasizza dan u fl-istess hin jghati palata lil Joseph li beda jinqabad x’loghba kien qed jilghab…ghax Joseph hekk u qalli hekk u weghdni hekk u jien ghidtlu hekk..u imn’alla fakkarna hekk … li hu car li il-PL qed jghin lil Bundy (finanzjarjament) biex jghinu fil-promozzjoni ta’ Vote Joseph Vote Labour.  John sfortunatament rega dahal fic-cirku ta’ ‘obbligi’ politici.  John Bundy issa rega spicca impjegat ta’ Partit din id-darba tal-Partit Laburista u ma jistax jichad lil boss tieghu ghax malajr jibda jidden is-serduk..
Awguri John !
Probabli xi darba nergghu narawk tghidilna l-istess diskors fuq in-net…

Oct

17

Bundy vs Peppi

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (1 votes, average: 5 out of 5)
Loading ... Loading ...

By media

ONE tv f’attentat iehor li jiehu l-udjenza lil TVM hareg fl-arena lil John Bundy bit-tama li jibni udjenza li thabbata ma dik ta’ Xarabank.  Tajba l-ideja. Pero’ ma fhimtx x’inhu l-iskop li tiggieled lil Xarabank b’Xarabank iehor.  Jekk verament trid tkun differenti u tohloq nicca gdida, tipprova ssib stil uniku u differenti.  Jekk in-nies, xebghu minn Xarabank ma tergax tohloq verzjoni fqajra tieghu.

Joghgbok jew ma joghgbokx Xarabank, jibqa’ l-fatt li wara dal-hafna snin li ilu jixxandar, bena esperjenza u certa’ popolarita li l-‘kopja’ qatt / difficli tilhaq.

Pero’ iddecidejt li xorta nara x’ser jipprovdi il-programm ta’ Bundy.  L-ewwel programm kompla fejn temm Xarabank tal-gimgha ta’ qabel ‘id-divorzju’.   Bundy jattira sezzjoni ta’ nies tal-massa li jidhku u jcapcpu kif tigbilhom l-ispaga u allura bhal ma gara fl-ewwel programm, ghall-kumment ta’ Bundy li nies li jsawtu lin-nisa u jimmaltrattawhom bil-Malti pur “insejhulhom demel, iva demel” in-nies qabdu jcapcu.  Ma nippretendix li prezentatur ta’ programm ghall-familja kollha jbierek certu diskors bhal li kieku xejn mhu xejn.  Imma dak huwa Bundy u l-merhla li jattira.

L-ewwel programm dwar id-divorzju ghogobni bhala tahlita tal-panel.  Kien hemm zewg estremitajiet ta’ min jifhem hafna fis-suggett u ohrajn li minghalihom jifhmu u fir-realta’ huma injoranti daqs seba’ mija.  Il-qiegha sahnet u allura kienet ukoll interessanti l-bicca.  Dejquni l-mod ta’ kif il-gurnalisti bdew iwasslu l-informazzjoni minn bilqieghda minghajr ebda grafika interessanti.  B’mod partikolari il-gurnalist maskili qisu minghajr hegga ta’ xejn kif jitkellem.  Sfortunatment dan l-istess gurnalist jaqtalek nifsek u l-aptit li ssegwi bulettin tal-ahbarijiet meta jkun qed jaqra fuq ONE.

Stennejt il-promozzjoni ta’ matul il-gimgha biex nara jekk is-suggett kienx se jolqotni…is-sugett….IL-KUNSILLI LOKALI !! LE !! mhux ghalija!! ara jekk suggett bhal dan hux se jattirak biex issegwih!  Forsi is-segwaci akkaniti tal-politika imma mhux lili! Jekk qed tvara programm ma toqtlux fit-tieni gimgha tieghu b’suggett pedantiku bhal kunsilli lokali….
Xi haga pozittiva ohra li nnutajt meta qabilt dan il-programm ma’ Xarabank huwa li Bundy ta cans lil kull min kien mistenni li jitkellem li jghamel dan minghajr problema.  Il-fatt li Peppi il-hin kollu jrid ihaffef lil dak li jkun biex jghid tieghu, johloq certa stress u tensjoni mhux biss fuq l-ispeaker izda anke lit-telespettatur mid-dar.

Oct

14

Skeda ġdida?

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (1 votes, average: 1 out of 5)
Loading ... Loading ...

By media

Rega wasal Ottubru u l-istazzjonijiet lokali bdew bir-rutina ta’ 9 xhur tqala ta’ programmi….ftit li xejn twieldu affarjiet godda u impressjonanti jkolli nghid. Kollox jingabar fi frazi waħda. Same shit, different day.
Madanakollu biex ma nkunux daqshekk dramatici, irridu nghidu wkoll li kien hemm sforz kollettiv biex kulhadd jipprova jdewwaqna xi haga differenti…mhux kulhadd irnexxa.
TVM ftit li xejn kellu caqlilqiet li jhezzu gholjiet…hafna mill-programmi regghu gew imgedda ghal sena ohra.
Ghal sena ohra filghodu huwa fotokopja ta’ waranofsinhar u fil-veru sens tal-kelma ghax jigi utilizzat l-istess sett, u l-istess formula..monotonija ta’ intervisti wahda wara l-ohra.

Biex inkun ghidt kollox, jekk hemm xi prezentatur li joghgobni huwa Josef Bonello. Il-karattru tieghu huwa umli u naturali, bniedem kolt u minghajr ebda artificjalita’.  Dan ghal kuntrarju ta’ hafna pri madonni fuq it-TV li l-IQ taghhom kemm kemm jaqbez dak ta’ tigiega.  Nifhem li hawn min jiehu pjacir jisma dawn it-tip ta’ programmi tar-radju fuq it-TV pero’ jien ma nikklassifikax ma’ dawn.

Jibqa l-fatt li ma nistennix li l-istess production house ittella zewg programmi identici kwazi wiehed wara l-iehor mit-Tnejn sal-Gimgha! Hija xi haga inkoncepibbli jekk qed naspiraw varjeta’ u diversita’ fl-iprogrammar.
Nittama li t-tmexxija l-gdida fi hdan il-PBS tiftah ghajnejha ghal dak li qed isehh fuq it-tv ta’ l-istat u tqum ftit mill-apatija ta’ rutina pedantika.


Taz-Zoo - Deceduti (u kif)


Jidher car li t-tim taz-zoo li kelli kull ammirazzjoni lejhom, qed ikomplu dejjem jaqghu ghal sormhom.  Il-pastazata ta’ programm li qed itellghu fuq TVM haqqu premju.  Tifhmunix hazin, mhux qed nitkellem fuq il-mod ta’ kif ikasbru lil dak u lil iehor, anzi, ghall-kuntrarju, qed nghid dad-diskors ghax nemmen li ghandom potenzjal uniku li pero’ ghal xi raguni jew ohra qed jisfuma.   Ghal xi raguni qed ibattu b’rata maghgla.  Iz-zewg programmi taghhom li rajt fuq TVM kienu sfurzati ghall-ahhar.  Tbissimt ftit fil-bidu, mal-introduzzjoni u mbghad sthajjiltni qed nara xow ghat-tfal.  Jien nahseb li jridu jikkoncentraw fuq haga wahda u ma jinqasmux fuq hafna progetti. Iridu jibilghu kull stazzjon, kull palk u attivita’ u fl-ahhar se jizgarraw.  U haga ohra….jista’ xi hadd jghidli kif dawn qeghdin fuq ONE tv wkoll?! Mela vera tlifna l-boxxla jew?  Qatt ma smajt b’assurdita’ bhal din!  Veru kaz li Malta biss jigru dawn l-affarjiet! U l-PBS friska bhal hassa, tittolera’ kollox.  Pero’ hemmhekk tinduna kif taz-zoo qed ibattu.  L-umorizmu mhux mass production!
Deceduti


Stennejt hafna aktar mit-tim ta’ Abigail.  Nifhem li huwa aktar difficli li ddahhaq u allura aktar facli li tohloq it-tensjoni u d-drama bhal ma ghamlu bil-produzzjonijiet li kellhom s’issa, pero’ nifhem ukoll li jista jkun hawn minn joghgbu l-materjal taghhom ukoll.  Teknikament m’hemmx xi nghidu, ix-xoghol huwa pjacevoli immens pero’ il-hafna ezagerazzjoni fl-espressjonijiet tal-karattri imbuttawni wisq.  Sthajjiltni qed nara xi play ghal fuq il-palk li konna naghmlu meta konna izghar.  Hafna titli twal u ismijiet li suppost iddahqu, b’gestikular ezagerat, biex jarawna minn naha ta’ wara tas-sala u biex forsi ndahqu lil merhla tal-kappillan.  Kont nippreferi li kieku l-karattri kienu aktar naturali u jwasslu l-messagg bl-intelligenza tal-lingwagg, is-sitcoms amerikani li huma tant popolari lokalment jistghu ikunu ta’ ezempju.
Il-potenzjal tal-maggoranza ta’ l-atturi qieghed hemm pero’ it-triq tal-burlesk li ghazlu it-tim tal-produzzjoni, jiddispjacini imma narah wisq ghall-gosti tieghi.  Forsi jridu jahtfu l-udjenza ta’ Montesin….pero’ min naha l-ohra lanqas KC ma fih daqshekk tghawwig tal-ghajnejn u x-xufftejn.

May

5

Vella Haber - La Rosa GO HOME !!

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (1 votes, average: 5 out of 5)
Loading ... Loading ...

By media

Ghad-daqq tal-fanfarri u t-trumbetti f’Super ONE il-Marsa, wasal fi tmiemu ir-renju ta’ El Fuhrer Michael Vella Haber u mieghu, il-konkubina Eveyln Saliba La Rosa. Ghalkemm l-ahbar qed tinghata l-genb kemm jista jkun, madanakollu jidher li l-kaz kien wiehed pjuttost serju.
La rosa jidher li b’xi mod bdiet tuza l-infrastruttura ta’ Super ONE biex taghmel gwadann personali, hemm minn qed jghid li kien wiehed finanzjarju, ohrajn qed isostnu li kien fi prodotti. Meta il-kaz hareg fil-berah, gie deciz li La Rosa titkecca minnufih. Izda bhal xena romantika ta’ film li jnissillek demgha wara l-ohra bl-emozzjonijiet u l-imhabba tbaqbaq, Dottor Vella Haber qalhom, jekk titlaq dik ix-xbejba, nitlaq jien ukoll…..(how very sweet of him)…. X’tahsbu li kienet ir-risposta li inghata Vella Haber? OK tista’ tmur ….. u kienu hemmhekk li bdew granet bla waqfin ta’’ celebrazzjonijiet. Wara 10 snin ta’ dittatura Haberjana, fejn kull individwu qisu bhal obligat lejn Vella Haber u allura jridu jilghaquh billi kontinwament isemmuh tul il-programmi inkella jinghataw trattament ostili, issa l-imperu waqa’. Daqshekk klikek ta’ individwi li ghandom certa immunita’ fi hdan il-kumpanija.

Daqshekk ibbossjar ta’ La Rosa li bhal xejn ma kienetx thossha qed tmexxi hi. Dawn kienu 10 snin fejn il-qoxra ta’ l-kumpanija giet ippolixxjata u minn barra bdiet tleqq u kultant anke’ tghammex l-ghajn, pero’, il-verita’ hi li matul ir-renju ta’ MVH il-qalba, in-nukleju, in-nies ta’ valur gew imwarrba u moghtija l-genb.
Kien ilu biex jittiehed il-pass u fl-ahhar it-terremot ta’ Muscat lehaq il-media tal-partit li nghiduha kif inhi, ghandha bzonn terremot iehor biex jinstabu in-nies ta’ kapacita’ li jergghu jibnu dak li thott mal-medda tas-snin.
Awguri mill-qalb lil MVH li m’hemmx dubbju li issa se jerga’ lura ghal hajja kampanjola qalb shabu l-ghawdxin li tant kienu jhossu n-nuqqas tieghu.

Mar

1

Malta TV Awards 2010

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (1 votes, average: 5 out of 5)
Loading ... Loading ...

By media

Ippermettuli, nibda billi naghmel osservazzjoni dwar il-parti final tal-Malta TV awards.
Jekk qatt xi whud  kellhom dubbju dwar il-mossa ta’ Joseph Muscat li jtajjar mill-kariga lil Jason Micallef, waqt it-TV awards inghatajna ir-raguni.  Jason Micallef l’hena tieghu jifred u jgelled aktar milli jghaqqad b’diskorsu.
F’kelmtejn patronizzanti ta’ superhero mibghut b’missjoni wahda li jirbah il-best TV station award minghand il-PBS, Micallef bhal f’estasi, intilef f’daghdigha nostalgika ta’ meta kien iwerzaq quddiem xi massa ta’ partitarji laburisti.   Jien u l-mara mid-dar ma stajniex nemnu lil widnejna.  Il-mod u t-tonalita’ fil-vuci bhal li kieku intrebhet xi elezzjoni.  Serata divertenti fejn jigu premjati dawk li hadmu tul is-sena fuq it-televizjoni spiccaw fic-cercuragni tipika ta’ Micallef, li wara kollox ma kellux sehem xejn f’dan l-award, imma sempliciment rikeb kukku zejt fuq id-dentist Vella Haber u l-istazzjon kollu biex jidher li ghamel xi haga meta huwa fatt maghruf li dan mhux il-kaz.
Minkejja il-‘Came back home’ b’accent Ingliz, xejn mistenni minn wiehed li qas jaf izomm konversazzjoni bl-Ingliz, il-PBS fi protest lil organizzaturi Mermaid Media, qed isostnu li ittiehed zball u wiehed mill-premjijiet iggudikat lil E22, fir-realta’ huwa ta’ TVM u jekk dan huwa minnu, ifisser li it won’t go back home imma z-zewg stazzjonijiet ikunu gew draw.
Biex inkun onest, dan l-award ta’ Best Station of the Year huwa fallaci ghaliex ma tistax trebbah stazzjon sempliciment ghaliex hafna atturi li jahdmu fi drama li jixxandar fuq stazzjon partikolari rebhu ‘best male actor, best supporting actor, best female actor in a leading role etc, etc…  Nemmen li din il-kategorija ghanda titnehha jew tigi emendate biex tiriffletti l-programmi aktar milli l-individwi.
Din is-sena hadt pjacir nara s-setup li kien totalment differenti minn kull show iehor lokali.  L-istil tal-Grammy awards ghogobni hafna u ta’ dan l-organizzaturi haqqhom prosit li qed ikunu innovattivi u jtejjbu l-prodott.
Madanakollu bhala telespettatur, ix-xow rajtu twil wisq u pjuttost slow.  Raguni partikolari nemmen li kienet id-dewmien ta’ hafna individwi biex jitilghu fuq il-palk apparti l-hafna bullshit ta’ nsellem lil ommi li qed tarani etc etc.  Ma jistghux jigu limitati n-nies li jitilghu on stage?  Hemm ghalfejn ghal best editor award per ezempju titla nofs sala?

Feb

21

Malta Eurosong 2010….sena ohra ta’ songs fjakki…

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

By media

Sena ohra ta’ kanzunetti li jiddispjacini nghid, imma ftit li xejn lehqu l-aspettativi.  Jekk irridu nkunu kompettivi mal-pajjizi l-ohra li jikkompetu barra, ghandna bzonn ninqalghu mill-istagnar ta’ diski reciklati.  Din is-sena id-diski li huma ta’ standard tghoddom fuq id wahda.  Nemmen li ghandna nhallu kompozituri bararnin li forsi anke minhabba l-professjonalita’ taghhom jistghu joffrulna xi haga friska.  Dan igawdu minnu l-kantanti u m’hemmx dubju l-pajjiz.

Dawn kienu l-kantanti ta’ din is-sena.

Claire galea

Inzertajt inhobb il-blues u allura dil-kanzunetta ma dejqitnix pero’ mhix song tal-festival. Xejn populista. Min libbes u ghamel il-make up lil din il-kantanta, ta’ min jikkastigahom imqar ghax-xahar li gej. Kollox jistona mill-bidu sa’ l-ahhar.

Claudia faniello

Din kienet il-kanzunetta li fuqha qam il-kjass kollu u l-protesti min-naha tal-kantanti l-ohra. Jidher li originarjment kellu jkun hemm aktar zeffiena ma’ Faniello. Nemmen li din hija l-ahjar song tal-festival din is-sena. Energetika, Faniello ghandha personlita’ qawwija fuq l-istage u ghal kuntarju ta’ hafna mis-songs l-ohra, din tibqa tiftakarha b’xi mod.

Dorothy Bezzina

Vuci tajba pero’ il-kanzunetta ftit li xejn li laqtit.

Eleanor Cassar

Jista’ xi hadd jghidli min libbes u ghamel ix-xahar ta’ Eleanor?!!Trid sforz qawwi biex jirnexxilek tibdel id-dehra ta’ tfajla gustuza, pero’ irnexxilhom b’kapacita kbira. Dak ix-xaghar l-ahhar li rajt bhalu kien ghadu miftuh it-Tiguglio! Ma nafx innutajtux ukoll il-‘camel toe’ li spikka sew fil-libsa pressata li kellha.

Eleonor Spiteri

Sthajjiltha gappuzina lil Eleonor. Nippreferiha tkanta wahidha milli mat-trio. Prosit. Il-vuci ta’ Eleonor u d-dehra bhas-soltu kienu fost l-aqwa

Foxy Federation

Pruvaw joholdqu xi haga differenti, u ta’ dan haqqhom prosit. Il-koxox ma dejquni xejn pero’ l-kanzunetta fjakka inkluz il-vucijiet.

Glen Vella

Wahda mill-kanzunetti li laqtitni. Glen tajjeb hafna f’din il-kanzunetta. M’hemmx xi nghidu, tfakkrek f’kanzunetta ta’Michael Jackson pero’ Glen irnexxielu jikkopja l-istil tieghu b’mod tajjeb hafna inkluz il-vuci.

Klinsmann

L-istil tal-muzika amerikana tieghu, toghogobni hafna u tixraqlu mmens, pero’ ma nafx kemm dan l-istil govanili jappella ghall-festival.

Lawrence Gray

L-istil tqil wisq ghal widnejja u xejn ma jdoqqli. Naf li Lawrence huwa sinonimu ma dan l-istil imma jkolli nghid li ghadda zmienu.

Nadine u Clifford

Kanzunetta helwa. Sthajjiltha mehuda minn xi musical bhal Beauty and the Beast

Pamela

mmm….semmatilna l-kapacita’ tal-vuci imma sthajjilta miexja fuq ramel jahraq f’nofs awissu u harqet il-qiegh ta’ saqajha..

Petra

Kanzunetta partikolari. Ghogbitni imma m’ghandix l-istamina ta’ festival

Pricilla u Kurt

Daqsxejn dieta ghal qabel il-festival ma taghmel hazin lil hadd.. Madanakollu il-vucijiet tat-tnejn huma tajbin u b’sahhithom ferm.

Ruth Portelli

Qisni qed nara lil Debbie Scerri, b’dak l-istil u dehra angelika, pero’ xejn aktar.

Ryan Dale

Ma nafx kif din il-kanzunetta sabet ruhha fil-festival. Ma nafx x’kien l-iskop li tidhol Duminka l-puppet f’din is-song.

Silverclash

Qisha kanzunetta li konna nkantaw fil-primarja biex titghallem tghaqqad kelma m’ohra

Thea Garrett

Kantanta ohra gdida li ghad tipprometti

Tiziana

Minn dejjem tghogobni l-vuci ta’ Tiziana. Forsi b’kanzunetta ahjar kienet taghmel iktar impatt. Madanakollu hija wahda mill-kanzunetti li kellha ftit energija f’dan il-festival.

Wayne Micallef

L-ahwa Micallef ghandhom talent kbir fil-qasam muzikali. Kanzunetta tajba pero’ mhux bizzejjed.

Audrey Marie

Tidher li kellha problema kbira biex issib libsa addattata. Id-dehra ta’ tifla tal-kampanja kienet tkun ahjar li kieku akkumpanjata b’xi merhla moghoz.

Jan

17

Ic-censura ta’ l-artiklu nittien

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (1 votes, average: 2 out of 5)
Loading ... Loading ...

By media


Tkompli s-saga dwar il-liberta ta’ l-esspressjoni tal-kelma f’Malta.

Wara granet shah nisma dwar l-artiklu li gie ccensurat mill-Universita’ ta’ Malta ta’ Alex Vella Gera, dil-gimgha iddecidejt li naqra ghaliex dal-kjass kollu.

Inqis lili nnifsi bhala bniedem pjuttost liberali.  L-arti u l-innovazzjoni huma ghall-qalbi u m’hemmx dubbju li xi haga gdida li taghmel hoss niehu pjacir biha daqs dixx imqarrun il-forn.  Madanakollu jiddispjacini nghid li l-kitba ta’ Vella Gera m’hi xejn hlief attentat fjakk fil-kitba innovattiva.  Mhux se nghid li ma dhaqtx ghax inkun qed nigdeb imma l-kitba hija bla sugu u fjakka.  Mhux kullhadd kapaci jikteb il-hsibijiet perversi tieghu fuq bicca karta?
Hasra li d-diskussjoni dwar ic-censura f’Malta qamet dwar din is-silta partikolari ghax skond jien hija  battalja mitlufa.

Mela ghax nitkellmu favur il-liberta ta’ l-espressjoni tal-kelma, dan ifisser li kull individwu jista’ jikteb kull tip ta’ imbarazz li jigi f’mohhu?  Mela il-kliem hazin u skifezzi ohra mhux permessibli fil-lingwa mitkellma bejn tnejn min nies (ghax civili bizzejjed) jistghu jinkitbu fuq bicca karta u qisu xejn mhu xejn?

Nifhem u naqbel li hemm bzonn diskussjoni serja fil-pajjiz dwar ic-censura, imma li ma nistax nifhem huwa kif uhud mill-gazzetti lokali u individwi qed jiglorjifikaw il-silta ta’ Gera bhalli kieku kienet xi bicca arti ta’ Picasso.

Min-naha l-ohra li ma nistax nifhem huwa kif dawn il-gurnali, ladarba hassew daqstant ghal din is-silta, ladarba qed ihossuhom it-tarka ta’ dan il-povru guvni, ghaliex ma jurux solidarjeta’ mieghu u jippublikaw l-kitba tieghu fil-gurnal taghhom stess?

Il-gurnal It-Torca qisu jrid jilghaba tal-kavallier f’din l-istorja…..x’qed jistenna l-editur biex jippublika l-artiklu ta’ Gera aktar milli jissugerilna kotba kontroversjali ta’ snin ilu li kienu gew censurati.

Inhalli f’idejkom biex tapprezzaw il-kitba ta’ Gera….

Li Tkisser Sewwi

Alex Vella Gera

Għall-Madonna fuckin disaster dak it-tifel man-nisa. Juriha wisq li interessat biss fl-għoxx. Man, ngħidlu, l-għoxx trid taħbieh sal-aħħar. Trid tuza’ l-ilsien man. Trid tilgħab bil-kliem, iddaħħaqhom. In-nisa mhux bħalna man. Trid tirkibhom, tilgħab magħhom, bihom, timmansahom. In-nassa, kien qalli missieri, li fuq nisa kien jaf sew, trid tkun taf tibni nassa ħelwa, daqs kemm tkun ħelwa lanqas jindunaw li hija nassa. Fuckin right, l-imħabba xogħol iebes. Imma għalhekk ngħix. Għan-nejk. Għidli ħanżir, maħmuġ, moqżież, li trid, l-aqwa li naħxi.

Għandi ħamsa u tletin sena u nħobb it-tfajliet ta’ sittax. Russi, Żvediżi, Maltin. Inhobb l-għoxx li jagħsrek u jħallik moħli, u ż-żejżiet li jippuntaw ’il fuq, żgħar u skolpiti. Xi tridu iżjed? Tridu tkejlu żobbi? 22 ċentimetru. Rajt żbub ċelebri, ta’ porn stars famużi, li huma iżgħar minn tiegħi. Fuckin ġmiel man ta’ għoxx bejn par koxox ileqqu bl-għaraq, jinfirdu, ilsieni jiġġebbed lejn id-daħla tnixxi. Fuckin right nagħmel minn kollox għal nejka. Għalija l-ikbar kundanna li twelidt Malti. Hawn f’dal-pajjiz tal-ħara ma ssibx għoxx mġiddem. Issib, mhux li ma ssibx, imma trid tfittex, u mbagħad hemm il-hesils ta’ boyfriend, għarus, ragel, missier, mummy, zijiet u nanniet għall-Madonna!.

Darba, m’ilux daqshekk, omm nejka ġriet warajja tul Triq Merkanti l-Belt, mhux bil-liba, ixxejjer umbrella u handbag, dan kollu għax ħxejtilha l-bintha. Sakkarni f’kamra ma’ ommha u naħxi lilha wkoll. Ma tridx wisq. Imma l-Maltin, sbieħ kemm huma sbieħ, dejjem issibilhom xi inkwiet. Ma ssib lil ħadd li mhux marbut. Anke tfajla ta’ sbatax daż-żmien, ittik blow job bil-qalb kollha, imma biex iddaħħalulha tiġi bin-nejk, għax hemm wieħed tħobbu u x’naf jien. Allura biex indaħħal ras żobbi f’ħalqha ma tinkwetax, u bejn saqajha tinkwieta. Ma taqbadx art.

Għalhekk nistenna s-sajf bil-ħerqa. Meta tasal fostna kull tjubija ta’ sess tivvibra fl-iġsma jfuħu tal-istudenti Żvediżi, Taljani, Russi, Ġermaniżi u x’naf jien. Anke xi suwed kultant għabbejt u bhalhom ftit ha jkollok nejkiet f’hajtek, tgħix kemm tgħix. U dawn l-aħħar snin anke turisti normali, bdejt ninteressa ruhi fihom u ħa ngħidlek man, huma l-iktar faċli. Nisa Olandiżi, Belġjani, Ingliżi ta’ erbgħin sena jkollhom saħna tad-dimonju. Qed ngħidlek, jgħabbu lilek mhux inti lilhom. Issa s-soltu iktar ma jikber ir-ragel iktar jagħmel għaż-żgħar u m’iniex xi eċċezzjoni, imma darba kultant nippreferi nduq l-esperjenza. Ħadt nejka ma waħda Ġermaniża li ssiefer tliet darbiet fis-sena biex taħxi. Mhux bin-nejk. Tħobb taħxi l-irġiel tal-Mediterran. Bil-qalb kollha baby! Darithom kollha l-gżejjer.

Mis-Seychelles sa Malta, il-Greċja, il-Hawaii. Miżżewġa xi negozjant miljunarju qaltli. Kienet orrajt imma wisq laħam. Bilqiegħda sormha kiber bhal ħobża fil-forn. Qed inkun poetiku. Għax ifettili. Mhux dejjem. Xi kultant naqbad inkeċċieha ’l hemm saħħa u grazzi. Pattejt qares għal dik in-nejka. Tatni marda man … ma nixtiqhiex fuq ħadd, ħa ngħidlek. Qatt ma weġġajt daqshekk. Ostja kelli qishom id-dud ħiereġ, titqalla’ man, imma worthed. Insomma, għalija l-isbaħ ħaġa hija l-addoloxxenza tegħreq ħamranija lixxa u għasra.

Dawk l-Iskandinavi fuckin strambi. Ngħid din fuqhom. Waħda minnhom, kemm kellha? Sbatax, mhux iżjed, suf mqaxxar, kif inħobbhom, qaltli li nistgħu nagħmlu kollox hlief bews. X’ala bieb! Jien l-għoxx ridt mhux ħalqha! Imma dak il-ħin, fis-saħna tal-mument ikollok aptit tbusha man, mingħajr ma ridt mort għal xufftejha. Iddejqet. Inżiltilha. Bdiet tolfoq bil-pjaċir man u tgħaffeġ rasi bejn saqajha, timbuttani iktar ’il ġewwa, b’imnieħri bdejt naħxieha, toqgħod tgħid imnalla writt l-imnieħer kbir ta’ missieri, swieli għal xi ħaġa. Wiċċi għasra spiċċa, ġennintha, reditni nidħol rasi l-ewwel f’għoxxha. Kelli pajp bejn saqajja man, kont se nisplodi, Alla żlaqt ġo fiha u ma ħassejt xejn man. Xejn. Nippumpjaha u għaż-żobb. Kellha għoxxha bħal ta’ iljunfant. Setgħu daħlu tlieta oħra miegħi.

Fl-aħħar daret u tagħtni sormha, xammejt it-toqba u fuckin dħalt mingħajr vażelina, sappun, xejn, man. Ġieli naħseb dwar l-AIDS. X’il-Alla tagħmel?! Il-lasktu ma nużahx. Ma jidħolx. Haw’, ridt ngħid, m’għandux x’jaqsam. Qisek qed tgħid, iddaħħal imqarrun fil-forn meta jkun għadu fil-plastik. Jien hekk ngħid … jekk kienet did-darba, talinqas kienet tajba. L-iktar li jbeżżgħuni t-Taljani, għax dawk, qed ngħidlek man, iduru l-irġiel qishom żunżan qalb il-fjuri, nittiena Taljana m’hawnx aħjar minnha. Man, ħnieżer! Kif inħobbhom jien.

Għandi siehbi jaħdem ġo lukanda Paceville. Jgħabbi bl-addoċċ minn hemm. Darba għabbejt dil-mara mill-Fgura, kienet taħdem ma’ sieħbi, kellha xi erbgħin u fuqhom. U din kellha saħna ta’ żiemel. Kellha raġel imma kien ilu ma jtihulha s-snin mid-dehera. Hekk qaltli insomma. Kienet tieħu gost l-iktar fil-karozza. U riedet tagħmel affarijiet li ma żewġha qatt ma għamlet. Kienet iddimunjata dik il-mara ostja. Narak tbaxxi rasek. Forsi tafha lilha? Niddubita. Darba spiċċajt ma’ oħra Maltija. Mingħajr ma ridt spiċċajna close. U ma reditx tħallini. Issa s-soltu meta jiġu bin-nejk nitlaqhom. M’għandix ħin nikkummiedja jien, f’xi restorant nixtrilhom xi ravjulata u x’naf jien.

Jew ġewwa jew barra. M’hemmx triq tan-nofs għalija. Imma man, ma dik kelli l-problemi biex nitlaqha. Sirt ostja nħobbha. Fl-aħħar spiċċajna naħxu, fil-ħaxix, u man ħaġa waħda ridt ngħid u nieqaf hemm, in-nisa, fis-sess isiru dak li misshom dejjem ikunu. Jirċievu man, xogħolhom jirċievu u jaqilgħu mir-raġel. U sabiħa wisq kienet man, jien u naħxiha ħassejtni qed ntiha dak li stajt, dak li kelli, u kważi ħarġitli demgħa dak il-ħin.

Qatt ma kienet ġratli qabel. Insomma, dil-Maltija kienet imhabba vera. Bdejt noħlom biha, u naħseb fiha, u newden u anke nċemplilha u mmur għaliha x-xogħol, bhal ma jagħmlu l-għarajjes. Wara ġimagħtejn hi taħti u jiena fuqha ridt nipprova xi affarijiet ġodda. Ridt nerdgħalha l-pussy, ridt inxommilha l-pipi u l-koko. Ridt niksi t-toqba bil-butir u nwessahielha ftit, inħammarielha. U din ma reditx. Xejn.

Kull darba li nibda nieżel twaqqafni u darba dawwartha fuq żaqqha u hi mill-ewwel donnha tilfet il-ħeġġa u l-interess. Kien is-sajf man u konna nintefgħu max-xatt Buġibba u jien naqbadha u ngħolliha fl-ilma u logħob hekk fil-baħar, inbabsilha għoxxha taħt il-wiċċ, u hi tgerrixli idi minn hemm mingħajr ma ttini ċans nuriha x’naf. Imma darba ħallietni man. Ċediet. Kien inżul ix-xemx, il-baħar skur ileqq bħad-deheb, u neżżajtielha l-malja u ffingerjajtha sa kemm giet, hemm taħt l-ilma, tirtogħod taħt subgħajja. Imma ridt iżjed.

Għamilnieha drawwa li nintefgħu nixxemxu. Darba minnhom domna iktar mis-soltu u meta tlajna mix-xatt konna bħal ġux tadamiet, man, ħruq tul dahrna kollu u wiċċna. Ħadtha d-dar u dellikna l-krema ma’ kullimkien, nidħqu bl-uġigħ u kelli żobb daqshiex imqajjem iħares lejna u jgħid, “se tibdew jew?” Mhux bin-nejk, hekk kien qisu. U dellikt il-krema fuq dahrha u hi tingħi ħelu ħelu. Meta wasalt għal sormha rajtu hemm jiċċassa lejja, x’iż-żobb reditni nagħmel? dewwibt ftit krema madwar it-toqba u mbagħad ġo fiha, subgħajja fetħu passaġġ. Bdiet tingħi daqsxejn. Kont iebes man. Iebes kif qatt ma kont qabel, fuq il-qabar ta’ missieri, ma kontx qed naħseb b’moħħi dak il-ħin. Intlift.

Ġibt ir-ras mat-tarf tat-toqba, għafast daqsxejn, żammejtha sod u qabel ma ndunat x’qed jiġri b’tiżliġa għaffiġt ir-ras fid-daħla u mbagħad il-bqija. Bqajt hemm, mwaħħal magħha. Ċaqlaqt kemm xejn u bdiet tokrob, bil-mod, tokrob bil-pjaċir u dik il-karba iktar ġennitni u minflok bil-mod bdejt intieha kemm niflaħ. Nofs minuta kollox, u bżaqt kull ma kelli ġo fija fiha. Ħriġtu, għadu sod daqs zokk, u nżilt fuqha biex inbusha, biex nirringrazzjaha. Taf int, in-nisa jieħdu pjaċir b’dawk iċ-ċuċati. Ngħidha mingħajr tlaqliq, kienet l-isbaħ nejka ta’ ħajti, anke jekk waħda mill-iqsar ukoll. U hi man, ma reditx taf. B’xejn.

Imbuttatni, qamet mis-sodda, tokrob bl-uġigħ, mhux biss fit-toqba ta’ sormha iżda f’żaqqha idejha rasha, ara x’għandhom x’jaqsmu! Bdiet tgħaġġibha ostja. Fuckin trabi dan-nisa. Malli tmisshom jibdew jibku. Lanqas li aħna miżżewġin għidtilha. Bdiet tgarrali l-ħwejjeg li waqgħu mal-art bejnietna qishom rix. Bdiet tilbes u fuckin ma tgħid xejn, u qgħadt naraha, hekk kif kienet quddiemi, tilbes, biż-żejżiet imdendlin, koroh man, tissoffja u tolfoq, qatt ma ħsibt li nasal biex ngħidha, qażżitni, qisha xiħa hemm. Alla mhux se nigdeb.

Ħassejt għaliha dak il-ħin, jiena u nħares lejha bil-moħbi mit-tieqa, mhux se nigdeb. Imma x’iż-żobb stajt nagħmel? Ma stajtx naħxiha bħas-soltu, fuq dahrha, maħruqa kif kienet. X’iż-żobb stajt nagħmel? Minn wara man. Hekk inħobbok għidtilha waqt li delliktha. Hekk inħobbok, u dik it-toqba qisha għajn qed tegħmiżni jew halq mejjet għal sigarett …

Dec

11

Il-Qlubija ta’ Delia

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (2 votes, average: 4 out of 5)
Loading ... Loading ...

By media

Kont qed nisma ftit Bay Radio, imma ghal darb’ohra ma domtx aktar minn 5 minuti.  Id-doza qawwija ta’ promozzjoni ghal Bay Music Awards hija pedantika wisq.  Aghar minn hekk, il-vuci femminili li kontinwament tghid ‘Rise to Our Frequency‘ hija tedjanti wisq! Emmnuni, imma ma niflahx nisma aktar il-kliem BMA’s u nominee’…..  Hadd qisu ma jirrealizza li hemm limitu ghall kemm ghandek tippompja u li wara certu limitu is-semmiegha tibda taqbzilhom….u jekk ghamilt u qlibt l-istazzjon…

Smajt l-ahbar dwar il-personalita lokali Moira Delia li onestament ghandi certu ammirazzjoni lejha, aktar ghal aspett estetiku milli ghal kontenut.  M’hemmx xi nghidu, Delia mal-medda tas-snin bniet isem, bhala l-portavuci tal-annimali u prottetrici ta’ dawn il-hlejjaq fuq din id-daqsxejn ta’ gzira.  Ta’ dan Moira haqqha kull tifhir ghalkemm onestament ghandi ir-riserva tieghi dwar il-kastrazzjoni (neutering) tal-annimali b’mod specjali fuq il-qtates.

Il-qtugh tal-bajd ta’ l-annimali maskili, ghalija hija forma ta’ mohqrija jew ahjar intervent uman man-natura u onestament mhux li tant tinzilli tajjeb.  M”hemmx xi nghidu ‘qas biss nimmaginani qattus li f’radda ta’ salib insib il-genitali neqsin u bil-mod il-mod nintefah ghal daqs pjuttost konsiderevoli biex ma nsemmux ir-riskju ta’ l-operazzjoni innifisha li minkejja li rari tista thalli l-annimal ghal mejjet.

Imma ejja nhallu l-kastrazzjoni fil-genb, ricentement, nhar it-8 ta’ Dicembru Moira Delia harget titkellem dwar ic-cirklu ta’ l-annimali li gie Malta u minghajr tidwri mal-lewza qalet li dawn jahqru l-annimali.  M’hemmx xi nghidu tac-cirklu kienu pronti u fethu libell lil Delia u sahansitra sekwestru.  Skond huma, din qed tkun ta’ hsara ghan-negozju taghhom bid-diskors taghha.  Naturalment allegazzjonijiet simili minn persuna maghrufa fuq it-TV ghandhom hafna iktar hoss milli kieku qalhom tal-laham.

Jidher li Delia ghanda certa animosita’ lejn dawn il-kumpaniji pero’ hadd ma jista jaqbad u jispara kliem bhal ma qalet Delia li in-nies tac-cirklu jahqru l-annimali.  Filwaqt li jista jaghti l-kaz li hemm circkli partikolari li jaghmlu dan pero’ ma tistax titfa lil kullhadd f’keffa wahda.

Jien bniedem li ghandi ghal qalbi hafna l-annimali pero’ m’iniex vegetarjan u niekol laham.  Dan jaghmilni ghadu ta’ l-annimali ?  Jien u l-mara ghandna zewgt iklieb kbar, li joqghodu fil-flat maghna.  Dan jaghmilni bniedem krudili fil-konfront ta’ l-annimali ghax forsi m’ghandhomx spazzju kbir fejn iduru?  U bilhaqq ommi ghandha amorin fil-gagga li xtrat b’mod legali m’ghand il-petshop….Din qed taghmel hazin ukoll?  U fil-kaz ta’ l-annimali fid-dar tal-providenza…din mohqrija wkoll?

F’dan il-kaz jista jkun li Delia ghanda xi ritratti ta’ dawn l-individwi li jsawtu, jimmaltrattaw jew ma jaghtux jieklu lill-annimali pero’ ma nahsibx li huwa l-kaz.  Xi sentejn ilu jien u l-mara konna morna Floriana biex nara show simili, u bqajna hemm wara s-show.  L-imhabba li rajna mill-impjegati tac-cirklu fil-konfront ta’ l-annimali kien kbir.  Isejhulhom b’isimhom, jimmassagjawhom u jghozzuhom daqs kemm jien nghozz iz-zewgt iklieb tieghi.  Kellna c-cans nitkellmu ma’ zewg taljani u spjegawlna anke ir-roster ta’ kull jum biex jitimghu l-annimali.  U ejja nkunu onesti, annimal li timmaltrattah hafna drabi jew jirribella jew inkella jitwerwer.   Dawn dehru kunfidenti hafna bl-ebda sinjal ta’ mohqrija.

Nista nghid l-istess haga dwar id-dolfinarju ta’ Bahar ic-Caghaq.  Il-kura, dedikazzjoni u l-professjonalita’ li jhaddnu dawn l-individwi hija kbira.

Kien bis-sahha ta’ diversi zoos u akwarji li zort madwar id-dinja li stajt napprezza u nitghallem aktar dwar dawn l-annimali li inhobb u nghozz minkejja li haddiehor jista jpengi l-istampa b’mod differenti.  Jien b’wicci mill-quddiem nissugerilkom tmorru taraw il-hlewwa ta’ dawn l-annimali mill-vicin.  Tista tkun l-unika cans f’hajjitkom li tgawdu s-sbuhija tan-natura.

Dec

9

hohoho - the land of piracy

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (1 votes, average: 5 out of 5)
Loading ... Loading ...

By media

L-akbar sigriet miftuh ta’ din il-gzira huwa li fejn jidhol piraterija ahna c-champions….naghmlu u nikkuppjaw kollox bhal li kieku xejn m’hu xejn.
F’dan is-sens ahna niccalingjaw lil l-akbar Gulija.  Sahansitra l-microsoft ma setghax isib tarfna u kellu jiftah ufficju lokalment bit-tama li jwaqqaf / jeduka lil dan id-daqsxejn ta’ poplu li jekk trid prodott sura ta’ nies trid thallas ghalih…

U allura mal-medda tas-snin il-pirata Malti ra kif ghamel u ghadu jaghmel biex bi ftit flus jakkwista…

CD’s u DVD’s ikkupjati
Loghob ikkupjati
Xbox’s u Playstations iccipjati
Sistemi ta’ packages fuq is-satellita b’codes misruqa
ilma u dawl illegali

u lista twila twila li ohrog il-ghageb hakmet ukoll il-mezzi tax-xandir

Il-famuza PRS mir-radjijiet tista’ tghid li ma tithallas minn l-ebda stazzjon hlief ghal xi wiehed jew tnejn.  U allura fejn fi kwalunkwe pajjiz fid-dinja jekk idoqq diska int obligat taghti ammont ta’ flus lil din is-socjeta’, li eventwalment tghaddi l-flus lil kompozituri u l-awturi ta’ dik id-diska partikolari, hawn Malta nigu nitnejjku minn kollox u minn kullhadd.

Niftakru meta ricentement kumpanija barranija waqqfet lil ispjun milli jkompli ghaddej bis-sensiela tieghu, u dan ghaliex kien kopja sfaccata ta’ Big Brother jew ahjar kopja dilettanteska….Madanakollu l-idea originali ta’ dan ir-reality show ma kienetx ta’ Watermelon productions izda ta’ Endemol.  Dan ifisser li sakemm ma jinxtarawx ir-rights tas-serje partikolari, kull attentat biex jittella format simili huwa kontra l-ligi.

Il-pirata Malti ‘ONE TV’ madanakollu b’sidru miftuh qed jiccalingja is-sistema u ghal darb’ohra ghandna attentat tal-Malti kontra s-sistema internazzjonali.

‘Izolati fuq Kemmuna’, hija il-verzjoni Maltija ta’ L-isola dei famosi, reality show ta’ ONE TV li se jibda f’nofs Dicembru.  Originarjament ir-reality show jismu ‘Survivor‘ li inholoq fl-1992 minn Charlie Parsons li ghandu d-drittijiet tas-serje.

L-istess haga tapplika ghal programm ta’ nhar ta’ Gimgha fuq ONE TV, Singled Out.  Dan huwa verzjoni ikkupjata u modifikata ghall ezigenzi Maltin tal-programm li kien jixxandar fuq MTV bl-isem ta’………Singled Out !

Il-pirata Malti jibqa jissorprendi….u l-Awtorita tax-Xandir….impotenti……

Nov

9

Nimxu lura ma’ ONE News

1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (1 votes, average: 4 out of 5)
Loading ... Loading ...

By media

Possibli hadd ma jinduna li s-set virtwali ta’ ONE News huwa pastazata manja?  Possibli hadd f’ONE ma jinduna li l-kwalita hija amateur wisq u li flok qed juzaw it-teknologja ghall gid ta’ l-istazzjon qed ikomplu jwaqqghu l-image ta’ l-istazzjon.

Dan it-tip ta’ sett virtwali li qed jintuza minn ONE News kien jintuza minn Smash TV fil-bidu tax-xandiriet tieghu.  M’hemmx xi nghidu fil-kaz ta’ Smash li huwa stazzjon ta’ suq ha mmorru dan jghaddi ghaliex il-livell huwa dak li hu, u hadd ma jippretendi aktar u sa certu punt nifhem id-dirigent f’dan is-sens, pero’ minn ONE kont nippretendi hafna aktar.

L-ebda stazzjon professjonali ma jaghmel uzu minn sett virtwali komplut bhall ta’ ONE News izda l-virtual set jikkumplimenta settijiet bi struttura fizika.   Biex tkompli tghaxxaq, il-kwalita ta’ virtual set uzat huwa fqir hafna ghaliex il-mudell huwa wiehed antik u ‘fqir’.

Jidher li anke fil-kaz ta’ ONE News il-qalba ta’ ONE TV ir-recessjoni qed taghmel taghha.

Fil-kaz ta’ Net TV li qisu m’hemmx li jiehu r-ruh is-set ta’ Net News baqgha jinghata l-attenzjoni li jixraqlu u dan jisboq bil-bosta lil dak tal-PL.  Eleganti u fl-istess hin modern u ‘bold’ ikompli jikkonferma kemm id-dehra hija ta’ prijorita ghal NET TV.  Rigward il-kontenut tal-programmi l-ohra, bhal ma dejjem ikkumentajt…..hemm problemi serji.